Maecenas elit lectus felis ultricies luctus et interdum

April 7, 2020

GVERN B’QALB SOĊJALI

May 3, 2021

Maecenas elit lectus felis ultricies luctus et interdum

April 7, 2020

GVERN B’QALB SOĊJALI

May 3, 2021

L-IMMIGRAZZJONI ILLEGALI

Kolonna fuq il-Kullħadd - Il-Ħadd 15 ta' Novembru


 

Ta’ spiss niltaqa' ma' nies li jgħiduli kemm f'pajjiżna, speċjalment fil-lokalitajiet tal-Marsa u l-Ħamrun hawn wisq barranin, speċjalment immigranti Afrikani li kienu daħlu f’pajjiżna b’mod illegali. Kliem bħal dan ġieli nisimgħu ukoll min-nies li jgħixu fil-kumplament tal-lokalitajiet l-oħra li jiffurmaw parti mill-ewwel distrett elettorali. Jgħiduli l-post fejn ngħixu nbidel u m’għadux l-istess kif kienu jafuh sa ftit taż-żmien ilu. In-nies jikkummentaw hekk mhux għax huma razzisti, imma għaliex xi wħud minn fost din il-komunita’ jagħtuhom fastidju jew iwettqu atti llegali, bħal serq, vandaliżmu, iħammġu barra u jdejquhom bl-istorbju.

Ma nistawx ngħaddsu rasna fir-ramel u ngħidu li din il-problema ma teżestix. Ma nistawx inħeġġu lill-Maltin biex jibdlu drawwiethom u jaċċettaw dak li mhux aċċettat fin-normi tas-soċjeta’ Maltija. Jien nifhem sew it-tħassib u l-inkwiet ta’ dawn ir-residenti! Nifhmu sew, għaliex jien ukoll resident f'dawn il-lokalitajiet. L-inkwiet li għandhom huma, huwa l-inkwiet tiegħi! Li jħossu huma, nħossu jien, għaliex jien wiehed minnhom!

Is-soluzzjoni mhix faċli. Faċli tgħid inkeċċu lil kulħadd meta taf li l-ebda liġi internazzjonali u lokali mhu se tippermettilek tagħmel dan. Kliem bħal dan iwassal biss biex tikber il-firda. Li ngħidu li nifhmu l-problema hu biżżejjed? Dażgur li le! Imma bil-kritika biss ma naslu mkien.

Tul dan l-aħħar żmien, Gvern Laburista immexxi minn Dr. Robert Abela ħadem kemm felaħ, u għadu għaddej b' ħidmietu sabiex din il-problema tal-immigrazzjoni tittaffa. Saru kuntatti mal-Libja biex dawn iħarsu aħjar ix- xtut tagħhom, bil-għan li anqas dgħajjes jitilqu mix- xtut Libiċi. Huwa stmat li minn Marzu sal-lum l-awtoritajiet Libjani ma ħallewx ibaħħru lejn Malta iżjed minn 6,000 immigrant din is-sena. Frott din il-ħidma din is-sena s’issa waslu Malta inqas min-nofs tas-sena li għaddiet.

L-għajnuna li nistgħu noffru lil-Libja u pajjiżi Afrikani hija neċċeserja sabiex anqas persuni jkollhom il-ħtieġa li jħallu pajjiżhom. Ovvjament ma’ dawn il-pajjiżi rridu naħdmu sabiex jittieħdu passi kontra it-traffikanti tal-bnedmin.

Il- gvern ħadem sabiex jipproteġi biss dgħajjes li jkunu f'diffikulta kbira b' possibilita li jintilfu l-ħajjiet. Xogħol il- gvern jibqa' illi filwaqt li ma jħallix ħajjiet jintilfu, jara li dawn l- immigranti jigu ripatrijati.

Hu hawn fejn mhux qed insibu appoġġ biżżejjed. Bejn l-2005 u l-2020 il-pajjiżi l-oħra tal-Unjoni Ewropea ħadu biss 8 minn kull 100 li waslu Malta. Dan meta ħafna minn dawn il-membri kienu kolonizzaturi ta' ħafna mill-pajjiżi Afrikani minn fejn ġejjien l-immigranti llegali.

Nifhem perfettament lil min jinkwieta dwar il-kriminalita’. Il-gvern qiegħed jagħmel ħiltu biex iċ-ċittadini jkunu protetti. Żdiedu l-Pulizija fit-toroq li qed jagħmlu xogħol tajjeb ħafna. Ta' dan nirringrazjahom. Biss, jien bħalkom nemmen li Pulizija waħdu ma jista' jagħmel xejn. Il-penali jridu jkunu ta' deterrent. Imma dan hu xogħol il-qorti. Allaħares il-Gvern jew il- Prim Ministru jindahal x'sentenzi jingħataw minn xi Maġistrat. Ikun qed imur kontra l-prinċipju tas-separazzjoni tal-Gvern u l-ġustizzja.

Dan is- suġġett hu wieħed delikat ħafna, għax jolqot liċ-ċittadini kollha. Hemm bżonn li bħala pajjiżn iġbdu l-istess ħabel. Kultant lanqas nemmen li ssib min jiftaħ kawżi kontra Malta għax ma daħħalniex xi immigranti.

Bħal issa għandek fuq naħa Gvern li qed jaħdem sabiex din il-problema tittaffa u fuq naħa għandek nies li jaraw kif itellfu l- ħidma tal-Gvern b' akkużi u kawżi fil-qrati

Għax jien ċittadin u resident bħalkom fil-lokalitajiet milquta, se nkompli nagħti l-appoġġ tiegħi lill-Gvern Laburista u nxammar il-kmiem biex naħdem iktar għax hu dan il-Gvern li qiegħed jaghmel ħiltu kollha fuq din il-problema.

i

"Ma nistawx ngħaddsu rasna fir-ramel u ngħidu li din il-problema ma teżestix."